Seminar organizzat mis-SEDOS
11 November, 2024
Il-Ħamis 7 ta’ Novembru 2024, is-Superjur Ġenerali u l-Assistent Superjur Ġenerali attendew għal seminar ta’ ġurnata organizzat mis-SEDOS, b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Missjologi Kattoliċi. Dan sar f’Ruma, u għalih attendew madwar 70 membru tas-SEDOS.
Fis-sessjoni ta’ filgħodu ġiet diskussa t-tema, Il-Ħajja Interġenerazzjonali fil-Missjoni, filwaqt li wara nofsinhar, panel ta’ tliet kelliema tkellmu dwar diversi aspetti fuq it-tema, Mis-Sinodalità għall-Missjoni: Il-Knisja fid-Dinja tal-Lum.