Nhar it-Tnejn, 23 ta’ Diċembru, 2024, it-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu l-qasam ta’ Lurin, flimkien mal-ġenituri tagħhom u l-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca, inġabru flimkien biex ikunu xhieda tat-twelid ta’ Ġesù Bambin fit-toroq ta’ Lurin. Tul it-triq, bosta familji jippreparaw id-djar tagħhom biex jilqgħu lill-Bambin u jsir talba speċjalment fejn ikun hemm persuni morda fil-familja. Lura fil-qasam, kulħadd inġabar fil-bitħa tal-qasam fejn kien hemm kant ta’ innijiet, poeżiju u żfin tradizzjonali. It-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu l-qasam irċevew ukoll il-premjijiet tal-Milied. Wara mument ta’ talb, kulħadd kiel xi ħaġa tajba qabel ma’ nġabar lejn id-dar. Kollox seħħ f’atmosfera ferreħija, anki permezz tal-banda li akkumpanjat id-dimostrazzjoni.