Bħal kull sena, il-fergħa tal-koperaturi organizzat attività tal-Milied għall-membri tagħha. L-attività saret fl-Iskola St Michael nhar is-Sibt 21 ta’ Diċembru 2024 u bdiet b’quddiesa fil-kappella tal-iskola iċċelebrata minn Fr Hector Scerri. Is-Superjur Ġenerali kien preżenti għal din l-attività u wassal il-messaġġ tiegħu. Wara, kulħadd inġabar fis-sala tal-iskola għal ħin soċjali flimkien.
Il-fergħa tal-koperaturi tas-Soċjetà tilqa’ fiha rġiel miżżewġa li kienu membri fis-Soċjetà u li jixtiequ jkomplu jgħixu l-ispiritwalità Museumina fil-familja tagħhom. Min jixtieq jingħaqad mal-fergħa tal-koperaturi huwa mħeġġeġ jikkuntattja lil Gaetan Cilia, Superjur tal-Fergħa fuq dawn in-numri: 21494800/79494807 jew inkella lil Paul Borg, Assistent Superjur fuq in-numri: 21487617/99847330. Tista’ ssegwi l-paġna ta’ Facebook tal-Fergħa tal-Koperaturi ta’ Malta.