L-Aħħar Ġranet
Bla dubju ta’ xejn, San Ġorġ Preca kien dawl veru fuq il-gżejjer maltin, iżda kif kien iħobb jirrepeti ta’ spiss, “aħna m’aħniex maħluqin biex nibqgħu hawn għal dejjem”. Bix-xemx sajfija nieżla, San Ġorġ Preca miet nhar is-26 ta’ Lulju tal-1962, għall-ħabta tat-7.45 pm. Jitlob u jimmedita fuq l-Evanġelju sal-aħħar, mewtu kienet eku ta’ ħajtu. Il-funeral tiegħu kien monument għal dak li wettaq, fejn madwar 20,000 ruħ inġabru l-Ħamrun biex jagħtu l-aħħar tislima li dan ir-raġel li tant kien maħbub.
Ħafna rrakkontaw stejjer straordinarji dwaru, u kienu pronti biex ixandru qdusitu. Xi wħud tkellmu dwar fejqan li rċevew minnu b’xi kelma jew ħarsa tiegħu, oħrajn tkellmu dwar il-qawwa misterjuża li għaddiet minnu għal għandhom bil-mess tal-id li ħalliethom kalmi u fil-paċi. Oħrajn qalu li kien ra l-futur, bħal meta pprofetizza l-gwerra tal-1914 minn xahar qabel.
Il-kawża tal-qdusija ta’ Dun Ġorġ Preca nbdiet fl-1975. Hu kien ibbeatifikat nhar id-9 ta’ Mejju 2001, mill-Papa Ġwanni Pawlu II u ddikjarat qaddis nhar it-3 ta’ Ġunju 2007 mill-Papa Benedittu XVI.
San Ġorġ Preca ikun żgur l-aktar imfakkar għad-disponibbiltà li kellu biex ikun strument f’idejn Alla, għodda kapaċi u umli għat-tiġdid tal-fidi tal-gżejjer maltin, li kienet l-ewwel imwassla lilna permezz tal-appostlu kbir l-ieħor, Pawlu ta’ Tarsu.
Ara l-aħħar residenza ta’ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun u l-funeral tiegħu li sar nhar is-Sibt, 28 ta’ Lulju 1962.
Meħud minn: PBS Malta, 60 years ago Malta was in mourning; https://tvmnews.mt/en/news/60-years-ago-malta-was-in-mourning/
Societas Doctrinæ Christianæ M.U.S.E.U.M.
207
Triq San Ġorġ Preca
Marsa MRS 9090
Malta EU