Dimostrazzjoni bil-Bambin f’Ruiru
22 December, 2024
Bil-għajnuna t’Alla, il-Ħadd, 22 ta’ Dicembru, 2024, il-Qasam ta’ Ruiru organizza d-dimostrazzjoni bil-Bambin. Id-dimostrazzjoni bdiet mill-qasam u baqgħet sejra sal-knisja parrokkjali. Wara daret it-toroq ta’ Ruiru. Numru kbir ta’ tfal, ġenituri u adulti akkumpanjaw lil Ġesù Bambin bil-kant tal-Milied. Matul it-triq tqassmu mat-350 kartolina żgħira b’messaġġ lill-persuni li kienu fit-toroq. Kollox intemm fil-qasam fejn sar messaġġ qasir tal-okkażjoni, ittelgħu xi rigali u ingħatat borż ħelu lit-tfal kollha li attendew. Deo Gratias.