Nhar il-Ħamis 29 ta’ Frar, saret laqgħa tar-Randan mal-eks kandidati tas-Soċjetà fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS. Il-laqgħa kienet imżewqa u maqsuma f’diversi partijiet. Bdiet b’riflessjoni mis-Superjur Ġenerali, fejn qasam ħsieb mis-silta dwar is-sejħa ta’ Mattew kif insibuha fl-Evanġelju. Wara kien hemm mument ta’ riflessjoni personali fil-kwiet biex wieħed jaħseb fuq dak li sama’. Imbagħad, il-grupp inqasam fi gruppi żgħar sabiex il-parteċipanti jaqsmu xi riflessjonijiet bejniethom dwar is-silta. Il-laqgħa kompliet b’mument sabiħ ta’ ġabra u talb permezz tal-Qima tal-Wiċċ ta’ Kristu, talba miktuba minn San Ġorġ Preca. Matul il-laqgħa kollha kien hemm s-servizz tal-qrar offrut minn Dun Matthew Pulis. L-attività għalqet b’ħin informali flimkien, bi ftit ikel u xorb, fejn il-parteċipanti komplew iġeddu u jespandu l-ħbiberiji ta’ bejniethom.