Dimostrazzjoni bil-Bambin f’Sagua
25 December, 2024
F’lejlet il-Milied, 2024, waqt li f’Sagua la Grande kienet kompletament mingħajr il-provista tal- eletriku u bil-possibbiltà imminenti tax-xita, it-tfal, l-adoloxxenti, l-ġenituri, u l-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca, għamlu d-dimostrazzjoni bil-Bambin Ġesù mill-Qasam sal-knisja parrokkjali. Malli waslu, saru żewġ drammi qosra u kantaw żewġ innijiet tal-Milied quddiem il-kongregazzjoni miġbura għall-quddiesa ta’ nofs il-lejl. Il-kuraġġ u l-fidi ta’ dawn il-persuni, li fittxew li jħallu lil Ġesù jkun id-dawl tagħhom fid-dlam ta’ Kuba, huwa tassew ta’ min jammirah.