Br Mike Herlihey kien qed jilgħab ma’ xi tfal quddiem l-iskola maġenb il-knisja fejn kien jaħdem meta wieħed mit-tfal mar fuqu u staqsieh jekk kienx Ġesù. “Minix Ġesù,” wieġbu “imma Ġesù ħabib kbir tiegħi.” It-tifel wieġbu li hu wkoll kien ħabib ta’ Ġesù u t-tnejn komplew mat-tfal l-oħra u dawk li kienu qed jieħdu ħsiebhom.
Xħin Br Mike sarlu l-ħin biex ikompli, dar fuq it-tfal u talabhom jitolbu għalih. Dak li ġara wara ħallieh sorpriż għall-aħħar. Br Mike fehem jgħidilhom biex jitolbu għalih meta jkunu se jitolbu imma dak it-tifel li kien staqsieh jekk kienx Ġesù niżel minnufih għarkupptejh u beda jitlob. Din is-sempliċità tat-tifel impressjonat mhux biss lil Br Mike imma anke lil dawk kollha li kienu hemm.
U aħna kemm aħna lesti li ninżlu għarkupptejna biex nitolbu? Lesti li nieqfu minn dak li nkunu nagħmlu biex insibu lil Ġesù? Mhux ta’ b’xejn li Ġesù qalilna: “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir.”