Meta niċċelebraw il-liturġija nkunu qed nipparteċipaw fil-misteru tal-Għid ta’ Kristu. L-azzjoni salvifika ta’ Kristu hija disponibbli għal kulħadd u għalhekk dawk kollha li jemmnu huma mistennija li jipparteċipaw b’mod attiv fil-liturġija. San Benedittu ta’ Nursja jinsisti li “xejn ma jista’ jkun aktar importanti mill -liturġija”. Dan għaliex il-liturġija hija ċċentrata fuq it-Trinità Qaddisa, l-Alfa u l-Omega.
Il-liturġija mhix magħmula jew ivvintata. Anzi, hija xi ħaġa ħajja li kibret matul millenji ta’ fidi. Il-modi ta’ ċelebrazzjoni huma differenti madwar id-dinja iżda l-attenzjoni tagħha tibqa’ fuq it-Trinità Qaddisa. Wieħed mid-dokumenti tal-Konċilju Vatikan II, is-Sacrosanctum Concilium, enfasizza bil-qawwa biex il-liturġija tkun eqreb tan-nies. Huwa propju għalhekk li l-liturġija fl-Afrika hija ċċelebrata b’mod differenti mill-Ewropa. Biex nibdew, il-quddiesa fl-Afrika tieħu ferm aktar ħin minn dik fl-Ewropa. Ir-raġuni hi li l-Afrikani huma persuni aktar kalmi u mhumiex f’tellieqa mal-ħin, u għalhekk, l-omelija tieħu tista’ ħafna aktar ħin. Barra minhekk, il-mużika fil-quddiesa Afrikana hij aktar prominenti u tagħmel il-liturġija aktar ħajja u vivaċi.
Il-mużika, inklużi l-Agnus Dei, il-Kyrie u s-Sanctus huma kollha maqluba bil-lingwi indiġeni. Jintużaw strumenti differenti u l-mużika sagra fil-quddiesa Afrikana tippermetti ż-żfin, xi ħaġa pjuttost rari fl-Ewropa. Ukoll, il-biċċa l-kbira tal-quddies Afrikani, speċjalment dawk okkażjonijiet speċjali, jkollhom parteċipazzjoni ta’ żeffiena liturġiċi, li jagħmlu l-quddiesa aktar sabiħa.
Fil-Kenja, il-knisja hija essenzjalment familja ta’ fidili. Il-familja fil-kultura Kenjana hija l-pedament ta’ kollox. Gruppi ta’ familji jiffurmaw dawk li jissejħu Small Christian Community (SCC) u l-knisja hija magħmula minn numru kbir ta’ dawn il-gruppi. Għalhekk, kulħadd fil-familja, mill-iżgħar sa l-akbar, huwa parti integrali mil-liturġija. Dan jiżgura li ħadd ma jitħalla lura fil-ħidma t’Alla.
Stephen Oloo
Kandidat
Ruiru, Kenya