L-Avvent, li huwa żmien importanti fis-sena liturġika, huwa dwar l-esperjenza umana ta’ stennija. Dan iż-żmien tas-sena mhuwiex dwar ċelebrazzjonijiet ta’ festi u ritwali. Minflok, il-qawwa ta’ dan iż-żmien jinsab fil-mod kif imiss il-qalbna u kif iġibna konxju tal-emozzjonijiet l-aktar profondi tagħna. Filwaqt li nkunu qed naħsbu fuq il-ħajja taʼ Ġesù, aħna nitgħallmu aktar dwar ħajjitna stess u dwar l-emozzjonijiet u l-ġlidiet li nesperjenzaw. L-avvent huwa vjaġġ spiritwali li jgħinna nifhmu lilna nfusna aħjar u nsibu s-saħħa biex nibqgħu mexjin wara s-Sinjur Ġesù.
B’mod partikolari, l-Avvent jgħallimna nistennew u naraw lil hinn minn dak li hu ovvju. Huwa żmien li jistedinna nsibu lil Alla fil-mumenti żgħar ta’ kuljum tal-ħajja. Kull jum niskopru xi ħaġa ġdida li żżid mal-istampa l-kbira tal-vjaġġ tal-fidi tagħna. L-istennija tgħallimna l-paċenzja u tgħinna nikbru spiritwalment. Billi niffokaw fuq il-preżent u nagħrfu l-ħidma t’Alla f’ħajjitna, insiru aktar maturi fil-fidi tagħna u ppreparati aħjar għal dak li għad irid jiġi.
Dan il-perjodu liturġiku jħeġġiġna wkoll biex nikklamaw u nirriflettu f’dinja mgħaġġla li fiha xi kultant inħossuna eżawriti. Huwa żmien li jipprovdilna pawża mir-rutini mgħaġġla biex jagħtina opportunità naħsbu dwar x’inhu dak li huwa verament importanti. Bil-qari tal-Iskrittura, aħna nirriflettu fuq l-aspetti spiritwali tal-ħajja li ħafna drabi ninjoraw fil-ħajja tagħna taʼ kuljum. Dan iż-żmien liturġiku jgħinna nixxenqu għal dak li hu spiritwali u għall-affarijiet li jmorru lil hinn minn dak li huwa ta’ issa. L-Avvent iħeġġiġna biex inkunu aktar konxji u napprezzaw il-preżent, filwaqt li nħejju qlubna għall-miġja tas-saltna t’Alla li għad trid tiġi.
Ieqaf u staqsi lilek innifsek:
- Tassew li naf lil Alla meta m’għandi l-ebda xewqa li mmut biex inkun miegħu?
- Li kieku kelli mmut għal ftit u ħaj mill-ġdid niġi lura, kieku nkompli ngħix kif qiegħed ngħix?
- Jiddispjaċini tassew minn dnubieti jekk ma rridx naħrab serjament l-okkażjoni li twassalni għad-dnub?