Min kellu jgħid lill-koppja Vinċenz u Natalina Preca x’kellha tkun dik it-tarbija?
Min kellu jgħid lil ħutu subien u bniet kemm kellu jagħmel ħwejjeġ kbar ma’ ħuhom Ġorġ, il-Mulej Alla, meta jikber?
Min kellu jgħid lil sħabu s-seminaristi kemm tfal, żgħażagħ, u adulti, kemm kellhom jieħdu mill-ispiritwalità tiegħu?
Min kellu jgħid lill-Maltin ta’ dak iż-żmien li fil-ħdax u kwart ta’ filgħodu tat-12 ta’ Frar 1880 twieldet tarbija li l-biki tagħha ma kien xejn fejn il-kliem li kellu joħroġ minn fommha meta tikber, sabiex twassal il-Kelma ta’ Alla?
Alla fassal pjan sabiħ għal din it-tarbija. Alla riedha li titqaddes hi sabiex tkun tista’ tqaddes lill-oħrajn. Alla ried li din it-tarbija tkun fundatur; fundatur ta’ Soċjetà li ttaffi l-għatx bil-Kelma t’Alla. Kemm huma tal-għaġeb triqat il-Mulej!
Min jaf kemm nies kellhom isibu xortihom billi jisimgħu il-Kelma t’Alla u jieħdu parir mingħand din it-tarbija!
Aħna wkoll sibna xortina permezz ta’ din it-tarbija permezz tas-Soċjetà tal-MUSEUM li taħdem biex ixxerred it-tagħlim u l-imħabba lejn l-Evanġelju. Għalhekk qalbna timtela bi gratitudni lejn Alla għal dak kollu li rċevejna permezz ta’ din it-tarbija… San Ġorġ Preca.