Fi żmienna saru popolari s-sommarji ta’ kotba popolari b’website popolari bħal Spark Notes jew Thinkr. Dan għaliex illum għandna ħabta naljenaw ruħna malajr u ktieb ta’ 300 paġna jista’ jaqta’ qalb dak li jkun.
Imma fl-Evanġelju nistgħu nsibu wieħed mill-ewwel sommarji li saru popolari, sommarju li ħareġ bih Ġesù stess. Wieħed mill-kittieba bikrija tal-Knisja kiteb: “It-Talba tal-Mulej hi tassew ġabra fil-qosor tal-Evanġelju kollu.” Santu Wistin ikompli fuq dan il-punt u jgħidilna: “Stħarrġu t-talb kollu li jinsab fl-Iskrittura, u ma nemminx li tistgħu ssibu xi ħaġa li ma tinsabx fit-Talba tal-Mulej.”
San Tumas t’Akwinu jikteb li din hi t-talba l-iktar perfetta… fiha mhux biss nitolbu lil Alla kulma għandna bżonn imma wkoll liema affarijiet għandhom jiġu l-ewwel, jiġifieri kif għandhom ikunu x-xewqat tagħna.
Għalhekk inżommu l-kliem ta’ din it-talba fuq fommna u kuljum inħalluha tqarribna lejn dak li Alla, bħala missier tajjeb tagħna, irid għalina.
Missierna li inti fis-Smewwiet,
jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek,
ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum,
aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina,
u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni.
Ammen.