Nistħajlu li għandna quddiema lil San Ġwann Battista u li qegħdin nisimgħu minn fommu stess tagħlim fuq kwalitajiet li dehru jiddu wisq f’ħajtu:
Il-Penitenza u l-Ħniena mal-Proxxmu
L-iktar għeżież, isimgħu u ifhmu.
Jiena nurikom x’għandkom tagħmlu biex taħarbu l-qilla li għadha ġejja: afdaw fi Kristu Ġesù, il-Ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja, u imitawh fl-umiltà, fil-ħniena mal-proxxmu, u fil-maħfra ta’ l-għedewwa.
Agħmlu frott xieraq ta’ penitenza billi minn qalbkom tisħtu kull ħażen li għamiltu, u billi tħallsu l-ġustizzja ta’ Alla bl-għemejjel tal-ħniena mal-proxxmu fil-bżonn.
Qawwa kbira fiha l-ħniena, hekk li kollox isir safi għal dawk li jagħmluha u jingħaddu fin-numru tal-beati. “Imberkin dawk li jħennu għaliex huma jsibu ħniena.”
Issa huwa ż-żmien. Iż-żmien ma jinxtarax, lanqas ma hu f’idejn il-bniedem. Għalhekk tbeżżgħu li ma jiġrix li tfittxu żmien għal vera penitenza u ma ssibux.
Triegħdu quddiem il-qilla tal-ġustizzja ta’ Alla li biex tissodisfa ruħha kien jeħtieġ li Persuna divina tieħu l-ġisem, tidher fid-dinja u xxerred id-demm tagħha.
Alla tagħna huwa terribbli. Ammen.
Niżżuħajr lill-Mulej Alla tagħna. Hekk sewwa u xieraq.
Addattat minn L-Eku tal-Ħbieb, l-1 Jum