“Kif inhi r-relazzjoni tiegħi mal-anġlu kustodju? Kemm nagħtih widen? Ngħidlu l-għodwa t-tajba? Nistaqsih: ‘Ħarisni waqt li nkun rieqed’?” B’dawn il-mistoqsijiet, Papa Franġisku xtaq ifakkarna f’għajnuna kbira li għandna u li ħafna drabi qajla nduru lejha. L-anġli kustodji huma kumpanni li Alla jagħtina biex jimxu magħna l-vjaġġ ta’ ħajjitna.
“Jekk xi ħadd jemmen li jista’ jimxi waħdu, jiżbalja bil-kbir”, jaqa’ “f’dik innassa terribbli tal-arroganza: li nemmnu li aħna kbar,” awtosuffiċjenti. “Skont it-tradizzjoni tal-Knisja, ilkoll għandna anġlu magħna, li jipproteġina, jgħinna nisimgħu. Kemm-il darba smajna: ‘Għandi nagħmel dan, m’għandix nagħmel dan, mhux sew, oqgħod attent’ … Hija l-vuċi ta’ sieħeb tal-ivvjaġġar tagħna.”
“Kunu żguri li se jiggwidana sal-aħħar ta’ ħajjitna bil-pariri, u għalhekk isimgħu leħnu, tirribellawx kontrih… għax irribelljoni, ix-xewqa li nkunu indipendenti, hija xi ħaġa li għandna lkoll; din hi arroganza, l-istess arroganza ta’ missierna
Adam… Tirribellax. Imxi fuq il-parir tiegħu.” “Ħadd ma jivvjaġġa waħdu u ħadd m’għandu jaħseb li hu waħdu,” kompla
l-Papa, “għax dan il-kumpann qiegħed dejjem hemm.”