Seminar għall-Kandidati (Malta)
11 March, 2025
Bejn il-Ġimgħa, 7 ta’ Marzu, u l-Ħadd, 9 ta’ Marzu 2025, grupp ta’ seba’ kandidati, fl-aħħar tliet snin tal-formazzjoni tagħhom, ħadu sehem f’seminar bl-isem Labyrinth: The Dynamics of Vocation. Huma ħolqu labyrinth u rriflettew fuq il-vjaġġi ta’ ħajjithom, billi raw similaritajiet mal-esperjenza tal-mixi f’labyrinth. Il-kandidati qasmu kif diversi narrattivi bibbliċi dwar relatati mal- vokazzjoni jitfgħu dawl fuq il-ħajja tagħhom, ħadu sehem f’sessjonijiet dwar il-vokazzjoni u d-dixxerniment, u pparteċipaw f’diskussjonijiet permezz ta’ case studies.