Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Frar 2025, il-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca iltaqgħu fl-Awditorju, il-Blata l-Bajda, għal-laqgħa dwar l-ispiritwalità ta’ San Ġorġ Preca. Il-membru Joseph Psaila qasam ħsieb dwar li min għandu t-tama ma jaqta’ qalbu qatt u jibqa’ jitlob. Ir-riflessjoni kienet illustrata b’eżempju minn qaddisin, fosthom San Ġorġ Preca, li jgħallmuna kemm għandu jkollna fiduċja f’Alla u nimtlew bil-kuraġġ biex nibqgħu ngħixu ħajja tajba skont ir-rieda tas-Sinjur Alla.
Il-Grupp San Ġorġ Preca jiltaqa’ kull l-aħħar Ġimgħa tax-xahar. Min jixtieq iktar informazzjoni dwar il-Grupp San Ġorġ Preca mitlub jikkuntattja lis-Segretarju Ġenerali fuq [email protected].