Irtir ta’ Nofstanhar (Ruiru)
02 March, 2025
Nhar il-Ħadd 2 ta’ Marzu 2025, il-qasam ta’ Ruiru organizza irtir ta’ nofstanhar għall-membri tal-Kor San Gregorju tal-Parrocca ta’ San Franġisk ta’ Assisi (Ruiru). Din kienet opportunita’ sabiħa ta’ appostolat li ġiet mitluba mill-istess membri tal-kor. Għal dan l-irtir ta’ nofstanhar attendew aktar minn tletin persuna. Waqt l-irtir, il-parteċipanti ħasbu fuq kif il-Ġublew tat-Tama jista’ jħalli effett pożittiv fil-ħajja tagħhom. Għall-grazzja t’Alla, ħafna dan l-irtir kien apprezzat ħafna minn dawk li attendew. Fl-għeluq tal-irtir, ingħata tagħrif fuq is-Soċjetà u l-missjoni tagħha.