Fil-21 ta’ Ottubru, il-Membri tal-Qasam ta’ Sagua la Grande, li jikkoordinaw il-Kummissjoni Djoċesana tal-Katekeżi, organizzaw seminar għall-katekisti u missjunarji tal-parroċċi kollha tad-djoċesi ta’ Santa Klara. Is-suġġett kien Ngħallmu lil uliedna jitolbu. Madwar 200 ruħ inġabru fis-Santwarju Djoċesan f’Santa Klara, fejn sar is-seminar. Is-seminar intemm b’quddiesa ċċelebrata minn Mons Arturo Gonzales, Isqof tad-djoċesi. Matul is-seminar il-katekisti xtraw mijiet ta’ kotba u fuljetti ppubblikati bl-Ispanjol mis-Soċjetà, fosthom traduzzjonijiet ta’ kotba mill-fundatur tagħna, bijografija dwar Gilbert Simiana, u bosta fuljetti b’attivitajiet, kraft u logħob marbut mat-Testment il-Qadim, it-Testment il-Ġdid, u s-sena Liturġika.