Irtir tal-Ħadd filgħodu – Koperaturi (Malta)
09 March, 2025
Il-Koperaturi tal-Soċjetà ltaqgħu għal irtir ta’ nofs ta’ nhar il-Ħadd, 9 ta’ Marzu 2025, fl-Iskola St Michael. Akkumpanjati min-nisa tagħhom, il-kooperaturi kellhom żewġ mumenti ta’ riflessjoni dwar it-temi: Il-Ferħ li tkun Dixxiplu ta’ Ġesù u L-Intenzjoni Retta. Dawn ir-riflessjonijiet tmexxew mill-membru Joseph Fenech. Permezz tas-Supplikazzjonijiet ta’ San Ġorġ Preca, il-parteċipanti esprimew ix-xewqa tagħhom li jħobbu aktar lil Ġesù u li jagħmlu l-aħjar użu minn dan iż-żmien qaddis tar-Randan għall-konverżjoni personali tagħhom biex isiru jixbħu aktar lil Ġesù.