Grupp Żgħażagħ SDC (Malta)
28 Frar, 2025
Fis-27 ta’ Frar 2025, il-Grupp Żgħażagħ SDC organizza laqgħa ta’ talb fil-Kappella ta’ San Mattew, il-Qrendi. Iż-żgħażagħ użaw talb ta’ San Ġorġ Preca u innijiet ta’ Taizé waqt il-ħin li kienu jitolbu quddiem Ġesù Sagramentat. Wara għamlu mixja qasira fl-inħawi. L-attività ntemmet b’ħin informali flimkien fil-pjazza quddiem il-kappella.