Fil-jiem ta’ qabel il-Milied, saret in-Novena mal-gruppi li jattendu il-Qasam. Il-Membri u l-Kandidati ppreżentaw it-tema tal-Iskola ta’ Betlem ispirata mill-kitbiet tal-Fundatur Tagħna.
Imbagħad, is-Sibt, 23 ta’ Diċembru, ġiet organizzata l-Wigilia għall-grupp kollu. Din hija ikla tradizzjonali li ssir fil-familji u diversi gruppi normalment lejlet il-Milied, li matulha jingħad talb u qari mill-Evanġelju ta’ San Luqa, filwaqt li ma jiġix ikkunsmat alkoħol jew laħam. L-ikla tikkonsisti minn ħut, insalata, u ikel skont it-tradizzjoni. Jitqasmu wejfers magħmulin bl-idejn (opłatka) filwaqt li jesprimu l-isbaħ xewqat. Kienu preżenti madwar 15-il żagħżugħ, Kandidati, Magħżulin, u Preparatorja. Xi wħud minnhom ħejjew l-ikel bil-qalb minn jiem qabel. Kull individwu kien mistieden jaqsam talb ta’ interċessjoni spontanju. Kienet okkażjoni sabiħa oħra li għenet biex jissaħħaħ il-grupp.
Lejlet il-Milied kienet immarkata bil-Quddiesa ta’ Nofsillejl u bi ftit ċikkulata sħuna u kejkijiet għall-okkażjoni wara l-quddiesa.
Id-dimostrazzjoni ta’ Ġesù Bambin saret fit-28 ta’ Diċembru f’żona ċentrali ta’ Poznan. Ipparteċipaw madwar 30 persuna. Il-kant tal-innijiet, id-daqq tal-kitarra u l-qari tal-Iskrittura f’intervalli varji animaw l-avveniment. Fis-7:00pm dħalna fil-Kolleġġjata ta’ San Stanislau, magħrufa bħala Fara, fejn quddiem is-Santissimu Sagrament, temmejna bit-Talba tan-Novena.
Fil-Festa tal-Epifanija, il-Qasam organizza laqgħa tal-bidu tas-sena l-ġdida għaż-żgħażagħ flimkien mal-ġenituri u l-familji tagħhom. Il-Kandidati mexxew l-okkażjoni li kienet tikkonsisti f’innijiet, riflessjoni minn Rainer Bezzina u preżentazzjoni dwar l-attivitajiet riċenti tal-Qasam. Lejn l-aħħar, iż-żgħażagħ li jattendu regolarment fil-Qasam, ingħataw bħala rigal ktieb li jkopri diversi temi mill-Bibbja Mqaddsa, fidi, media, psikoloġija, u bijografija. Wara ltqajna lkoll b’mod informali għal kikkra tè, kejkijiet, u ikel ieħor, hekk kif qsammna l-isbaħ xewqat tagħna għas-sena li ġejja.