Bejn il-Ġimgħa 19 u l-Ħadd 21 ta’ Jannar, is-Superjuri ta’ Malta u Għawdex, flimkien mal-Animaturi u membri tal-Amministrazzjoni attendew għal Seminar bit-tema: Ir-rabta tal-imħabba ġabritna f’ħaġa waħda. Is-seminar sar ġewwa ċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Dar il-Ħanin Samaritan. Is-Superjuri qasmu bejniethom l-ideat tagħhom dwar it-tifsira ta’ komunita’, bl-użu ta’ tixbihat varji. Il-koppja Joanna u Julian Sant Fournier mill-fondazzjoni Relationships are Forever mexxew ġurnata ta’ workshops relatati mad-deċiżjonijiet ta’ min qed jgħix f’komunita’. Ir-riflessjoni tkompliet ukoll b’diskussjoni fuq każijiet relatati mal-ħajja fl-Oqsma Museumini. Il-prinċipji nsara li fuqhom huma mibnija dawn il-proċessi megħjuna mill-użu ta’ cards riflessivi jaqblu ħafna mal-istil ta’ ħajja u l-kriterji ta’ deċiżjonijiet li fuqhom nimxu fis-Soċjeta’. Nemmnu li dan is-seminar kien ta’ grazzja u għajnuna lis-Superjuri fil-ħidma tagħhom. Matul dan is-seminar is-Superjuri kellhom ukoll ħin informali flimkien u ċelebrazzjoni tal-Unjoni flimkien mas-Superjur Ġenerali li kien preżenti fil-weekend kollu.