Aquinas Lecture 2024
09 May, 2024
Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Mejju 2024, fl-Awditorjum tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, ġie organizzat l-Aquinas Lecture bit-tema: Proclaiming the Good News by a Church which “goes forth”.
Il-kelliem prinċipali kien il-Kardinal Tagle. Huwa ħeġġeġ lill-udjenza numeruża li attendiet għal din il-laqgħa biex ma tibżax toħroġ tiltaqa’ ma’ persuni oħra biex taqsam l-aħbar sabiħa tal-Evanġelju bil-ferħ fid-diversi kulturi u sitwazzjonijiet tal-ħajja.
Din l-okkażjoni kienet organizzata mill-Fakultà tat-Teoloġija (UOM), l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija u s-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.
Żur din il-link biex terġa’ tisma’ l-messaġġ li qasam il-Kardinal Tagle.