X’inhi l-vokazzjoni tiegħi? Żwieġ, saċerdozju, ħajja kkonsagrata, jew xi ħaġa oħra? Alla xi jridni nagħmel b’ħajti? Kif se nkun naf?
Nicholas Crowe OP, Living Your Vocation (Tgħix il-Vokazzjoni), jindirizza waħda mill-aktar mistoqsijiet profondi għall-insara: id-dixxerniment tal-vokazzjoni ta’ Alla għal ħajjithom. Huwa jesplora l-mistoqsijiet komuni dwar jekk wieħed huwiex imsejjaħ għaż-żwieġ, is-saċerdozju, il-ħajja kkonsagrata, jew triq oħra. Crowe jenfasizza li irrispettivament mill-inċertezza tiegħu, kulħadd jista’ jgħix ħajja qaddisa li togħġob lil Alla. Huwa jifhem lil l-għażliet vokazzjonali huma atti ta’ mħabba offruti lil Alla, u jenfasizza l-importanza tal-imħabba li biha jsiru dawn l-għażliet. Crowe jgħallem li d-dixxipulat veru jfisser li tgħix ħajja ta’ mħabba diżinteressata f’komunjoni ma’ ħaddieħor u li tirrifletti l-ħajja ta’ Ġesù. Huwa jagħti l-parir li wieħed għandu jħares lejn Alla aktar milli lejn innifsu biex jifhem is-sejħa tiegħu, u jisħaq li l-eżistenza u l-iskop tagħna huma msejsa fl-imħabba t’Alla. Il-ktieb jisfida lill-qarrejja biex jagħtu prijorità lill-qdusija u jfittxu liema huma l-aħjar passi fil-vjaġġ tagħhom lejn il-qdusija. Crowe jwessa’ l-kunċett ta’ vokazzjoni lil hinn mill-irwoli reliġjużi u jenfasizza li kull xogħol magħmul bl-imħabba jikkontribwixxi fil-kura providenzjali li Alla għandu għall-bniedem. Dan il-ktieb huwa gwida spiritwali profonda u riżorsa siewja għal kull min ifittex li jagħraf u jgħix il-vokazzjoni tiegħu.
“Alla ħalaq din id-dinja sabiex bil-ferħ nkunu lesti noffrullu lura rigal.
Ħajjitna hija rigal ta’ mħabba mingħand Missierna tas-sema:
il-kompitu tagħna hu li noffrulu rigal ta’ mħabba bħala sinjal ta’ gratitudni tagħna.
Dan huwa l-qafas li permezz tiegħu għandna naraw l-vokazzjoni tagħna:
aħna bħal tfal żgħar li noffru rigal lil Missierna tas-sema.
Aktar importanti minn dak li nagħżlu, allura, hija l-imħabba li biha jiġi offrut ir-rigal tagħna.
Forsi xi kultant ħajjitna tistaʼ tidher monotona jew saħansitra mħawwda.
Imma jekk noffru ħajjitna bħala rigal ta’ mħabba, allura r-rigal tagħna jiġi milqugħ bil-ferħ.
Huwa billi nħobbu li nwettqu l-vokazzjoni tagħna” (p.6-7).