The Risk of Hope (Ir-Riskju tat-Tama) ta’ Luis Antonio Tagle huwa dawl li joffri gwida fid-dinja tal-lum, li jgħinna nifhmu xi tfisser verament li tkun bniedem tassew. Bħala wieħed mill-aktar mexxejja Kattoliċi magħrufa, Tagle jgħaqqad l-għerf tal-Bibbja ma’ esperjenzi ta’ kuljum biex juri kif ikellimna Alla. Huwa jaqsam rakkonti mill-laqgħat tiegħu maż-żgħażagħ, il-konversazzjonijiet tiegħu mal-fidili f’Manila, u anke intervista li kien għamel fuq titjira. F’dawn il-mumenti, ifakkarna li t-tama tibqa’ ħajja u li l-qawmien ta’ Ġesù jista’ jiddi anke fl-iktar żminijiet mudlama. Billi juża l-istejjer, minflok ħsibijiet profondi, hu jgħinna nifhmu t-tifsira tal-mewt u l-qawmien taʼ Ġesù.
Tagle jisfida lill-Knisja biex timxi fuq l-eżempju ta’ Kristu, xempju ta’ umiltà u servizz, biex tieħu ħsieb il-foqra u lil dawk fil-bżonn. Isejħilna biex naraw il-preżenza ta’ Ġesù Rxoxt fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, anke f’ġrajjiet sempliċi u ordinarji. Ir-riflessjonijiet tiegħu jħeġġuna biex nafdaw fl-imħabba ta’ Alla u ngħixu bil-fidi u bil-mogħdrija. Hekk kif niċċelebraw il-Ġublew tat-Tama, dan il-ktieb huwa qari addattat, li jispirana biex nagħrfu l-preżenza ta’ Alla fil-ħajja ta’ kuljum u naqsmu l-imħabba tiegħu ma’ ħaddieħor.