F’Silence, Sobriety, Solidarity: Living with a Contemplative Heart (Skiet, Sobrijetà, Solidarjetà: Ngħix b’Qalb Kontemplattiva), Michael Downey jipprovdi gwida dwar kif tħaddan u tgħix il-kariżma Trappista lil hinn mill-monasteru. Il-ktieb huwa mogħni b’għarfien teoloġiku profond u l-fatt li huwa mogħni kitba poetika li ddaħlek fi spirtu ta’ talb, kull paġna tnissel fil-qarrej sens ta’ silenzju, sobrijetà u solidarjetà.
Dan il-ktieb joffri serħan lil dawk li jħossuhom mitlufa fil-ħajja mgħaġġla tallum. Downey, awtur riflessiv tal-ħajja moderna, jindirizza d-distrazzjonijiet li jxekklu t-tkabbir spiritwali u jiggwida lill-qarrejja lejn ħajja mgħixha aktar fit-talb. Filwaqt li jirrifletti fuq l-ħajja ta’ Charles de Foucauld, il-ktieb huwa gwida li turi kif is-silenzju jiftaħ lill-persuna għall-misteru, is-sobrjetà tfejjaq lir-ruħ, u s-solidarjetà tiffaċilità il-laqgħa tal-bniedem mad-divini.
It-tagħlim taʼ Downey mhuwiex biss gwida lejn il-perfezzjoni imma stedina biex insaħħu x-xewqat spiritwali tagħna. Dan il-ktieb huwa ta’ għajnuna kbira għal kull min jixtieq jgħix ħajja ta’ talb fost il-kaos tal-ħajja moderna.
Dan il-ktieb jinsab għall-bejgħ minn Librerija Preca.