Il-festa tal-Magħmudija ta’ Ġesù tistedinna nirriflettu fuq il-Magħmudija tagħna stess. B’qalb umli, Ġesù jingħaqad man-nies ta’ żmienu biex jirċievi l-Magħmudija mingħand Ġwanni l-Battista. Din timmarka t-tielet Epifanija, fejn Alla juri lilu nnifsu permezz ta’ Ġesù. Leħen il-Missier jiddikjara, “Int Ibni l-maħbub; fik insib l-għaxqa tiegħi!”. Huwa tassew ta’ ispirazzjoni li naraw lil Ġesù, li huwa Alla, li jsib l-għaxqa tiegħu filli jkun qrib il-poplu tiegħu. Permezz ta’ Ġesù, Alla l-Missier jistedinna nidħlu f’relazzjoni intima miegħu.
Huwa okkażjoni tajba illi illum nirriflettu fuq ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla. Tħoss l-imħabba tiegħu f’ħajtek? Kapaċi tara wiċċu f’wiċċ ħaddieħor? Għandek qalbek miftuħa biex tisma’ il-leħnu f’qalbek? Mod qawwi biex niftakru fuq ir-rabta tagħna ma’ Alla huwa billi niftakru fid-data tal-Magħmudija tagħna, il-jum li fih twelidna fl-Ispirtu u fil-Knisja Kattolika. Il-Papa Franġisku jħeġġiġna niċċelebraw dan il-jum tant importanti għan-nisrani, meta sirna wlied Alla. Il-Magħmudija ta’ Ġesù tfakkarna li Alla mhux ’l bogħod minna imma miexi magħna fil-mixja tagħna lejn il-Missier.