Illum il-ġurnata. l-organizzazzjonijiet kollha, kbar jew żgħar, għandhom il-mission statement tagħhom – mill-iskejjel sa organizzazzjonijiet tal-karità u kull xorta ta’ negozji. Il-missjoni tal-Knisja hija tant ċara u diretta. Kif jingħad fid-dokument tal-Konċilju Vatikan II, Evangelii Nuntiandi, il-Knisja teżisti sabiex tevanġelizza (14). Din iċ-ċarezza tal-iskop toħroġ minn kliem Ġesù meta ordna lid-dixxipli tiegħu biex iħabbru l-kelma tiegħu, ikunu xhieda, jagħmlu dixxipli, jgħallmu u jgħammdu.
Matul is-sekli u matul l-istorja tagħha, il-Knisja tbierket b’tant nies ġenerużi, irġiel u nisa, li wieġbu għas-sejħa biex inkunu evanġelizzaturi u jagħtu sehemhom biex iħabbru l-messaġġ tal-Mulej Ġesù lill-oħrajn. Ħafna jagħmlu dan mal-ħbieb u l-familja tagħhom, fi ħdan il-parroċċa tagħhom, bħall-volontarjat biex ikunu katekisti, u ħafna oħrajn li għamlu pass ieħor biex jitilqu minn pajjiżhom u jsiru missjunarji f’partijiet oħra tad-dinja. Bosta Papiet riċenti ġeddew u tennew is-sejħa biex ilkoll kemm aħna nkunu parti minn dan il-proċess ta’ evanġelizzazzjoni.
Hija r-responsabbiltà tagħna bħala membri tal-komunità Nisranija li nirriflettu u nistaqsu x’inhu l-irwol tagħna f’dan kollu – b’liema mod nista’ nkun xhud u evanġelizzatur fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum?
L-evanġelizzazzjoni hija l-missjoni tal-Knisja,
mhux biss tal-ftit, imma l-missjoni tiegħi, tiegħek, u tagħna.
Papa Franġisku