Kien għall-ħabta tal-1924, meta Dun Ġorġ Preca kien qed jitlob quddiem il-kwadru titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla (Malta). Il-pittura, turi l-Immakulata Kunċizzjoni, b’Marija murija bħala tfajla liebsa l-abjad, tkun inkurunata minn Alla l-Missier u mdawra bl-anġli. Impitter fl-1828 minn pittur lokali – Pietru Pawl Caruana. Id-devozzjoni lejn din il-pittura wasslet għall-inkurunament tax-xbieha fil-25 ta’ Ġunju 1905 mill-Kardinal Domenico Ferrata, matul il-papat ta’ San Piux X.
Xi membri nnutaw li San Ġorġ Preca qatta’ aktar ħin mis-soltu jitlob quddiem ix-xbieha. Interrrompewh għax kien wasal iż-żmien li jibda taħdita. Madankollu qalilhom li kien ispirat biex jikteb litanija, u jgħallimha lill-Membri biex ikunu jistgħu jirreċitawha (u jkantawha) quddiem ix-xbieha tal-Immakulata Kunċizzjoni.
Il-Libsa ta’ Ġieħ bil-Latin Vestis Honoris hija litanija lill-Madonna, fejn San Ġorġ Preca jonoraha bħala Sinjur tal-ħolqien kollu. Din it-talba titkanta kull 7, 17 u 27 ta’ kull xahar fl-Oqsma kollha.
Dan il-filmat jgħinnek timmedita din it-talba.