L-irmied tal-2024 diġà qed jiksaħ. Madankollu, f’din is-sena tal-Ġublew tat-Tama, għad hemm raġġ jiddi mill-passat. Terġa’ tiġi fina xewqa għar-riżoluzzjonijiet tajbin u l-fervur jerġa’ jibda, iżda dan iseħħ biss jekk id-drawwiet qodma tal-għażż u l-egoiżmu jitħallew warajna. Hija biss il-virtù li tista’ twassalna biex inwettqu r-riżoluzzjonijiet tajbin għas-sena l-ġdida. Minn fejn se tiġina l-qawwa biex nerġgħu nibdew mill-ġdid, biex insostnu l-ħajja tal-virtù? Aħna persważi li Alla biss jistaʼ jġib it-tiġdid awtentiku, huwa Alla waħdu li jista’ jqanqal fina il-fjamam tal-Fidi u jġedded id- determinazzjoni fil-mixja tagħna wara Ġesù. San Ġorġ Preca ifakkarna kemm l-attitudni ta’ radd il-ħajr flimkien ma’ dik ta’ maħfra għandha akkumpanjata tul ħajjitna: “Grazzi, Sinjur Alla u aħfirli, Sinjur Alla”. Bi gratitudni u b’umiltà, nduru lejn Alla fit-talb tagħna u nitolbu, permezz tal-Pjagi Divini, li jagħtina dak li hu meħtieġ biex nerġgħu nibdew mill-ġdid u nġeddu l-komunitajiet tagħna fil-fidi. L-intenzjonijiet u x-xewqat tajbin tagħna jissaħħu bil-virtù tal-kuraġġ, li hija virtù tal-qalb. Huwa fil-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù li nsibu l-qawwa biex inkomplu bir-ritmu tal-ħajja qaddisa tagħna fit-talb, fil-ħidma u fil-vokazzjoni tagħna. Fl-2025, nistgħu nsibu l-qawwa u l-kuraġġ f’qalbna stess billi nirċievu l-Imħabba ta’ Ġesù?
Ruth D. Lasserter
Ħabiba tas-Soċjetà
Indiana, l-Istati Uniti