Il-frażi: Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-saltna tiegħek, hija waħda mill-espressjonijiet qawwija ta’ fidi li nsibu fit-Testment il-Ġdid. Il-ħalliel ikkonvertit, msallab flimkien ma’ Ġesù, jesprimi l-għarfien profond tad-divinità ta’ Ġesù u tal-wegħda tal-ħajja ta’ dejjem. Minkejja l-passat tiegħu, it-talba tal-ħalliel hija att ta’ umiltà u fiduċja, li tagħraf li s-salvazzjoni tinkiseb bil-qawwa tal-grazzja t’Alla. It-talba sempliċi u sinċiera tiegħu tirrifeltti x-xewqa ġewwinija tal-bniedem għall-fidwa li ġab Ġesù u li jkun milqugħ fis-saltna divina tiegħu.
Dan il-mument, li nisbuh fl-Evanġelju ta’ San Luqa, juri l-qawwa tal-indiema u l-ħniena bla limitu ta’ Ġesù. Ir-risposta ta’ Ġesù, “Tassew ngħidlek, illum tkunu miegħi fil-ġenna”, tafferma li l-qalb t’Alla hija miftuħa għal dawk kollha li jduru lejh b’fidi ġenwina.
San Ġorġ Preca jħeġġiġna biex noffru qalbna lil Alla u nħalluh ikun is-sultan ta’ qalbna. Ejjew nitolbu: Mulej Alla, agħtini l-grazzja tiegħek biex inkun nista’ nagħtik qalbi, għax mingħajrek ma nista’ nagħmel xejn! Fl-esperjenza tal-ħalliel, tispikka l-umiltà u d-dipendenza tal-bniedem fuq il-grazzja divina, u tfakkarna fil-qawwa trasformattiva tal-fidi u t-tama tal-ħajja ta’ dejjem li joffri Ġesù, is-Sultan ħanin tagħna. Jalla Ġesù jkun is-sultan ta’ qalbna!