L-ewwel nett, irrid nesprimi l-gratitudni tiegħi lis-Superjur Ġenerali u lill-Membri tal-KEĠ talli organizzaw l-itinerarju matul iż-żjara qasira tiegħi f’Malta.
L-akkomodazzjoni fid-DĦS tatni opportunità eċċellenti biex niltaqa’ mal-Membri residenti, nitlob magħhom u nisma’ l-esperjenzi varji tal-ħajja kemm f’Malta kif ukoll esperjenzi missjunarji barra minn xtutna. Il-carers u l-istaff żguraw li l-bżonnijiet kollha tiegħi kienu ssodisfati matul il-waqfa tiegħi.
Iż-żjarat tiegħi fid-diversi Ċentri kienu l-qofol taż-żjara tiegħi f’Malta. Waqt iż-żjara fl-Oqsma u l-laqgħa mal-Membri (f’ħafna mill-okkażjonijiet) għall-ewwel darba, kien hemm sens qawwi ta’ familjarità peress li l-ambjent u l-atmosfera kienu simili bħal dak f’Melbourne.
Kien hemm sens qawwi ta’ komunità fost il-Membri, li kollha kellhom rwol sinifikanti fil-Qasam. Iż-żgħażagħ li attendew kienu ħerqana li jiġu l-Qasam u kien evidenti li ħassewhom milqugħa mill-Membri.
Kien hemm emfasi qawwija fuq it-talb u l-formazzjoni fl-Oqsma kollha li żort. Filwaqt li ż-żgħażagħ ħadu gost jirrikrejaw ruħhom qabel il-lezzjonijiet, hekk kif iddoqq il-qanpiena, kollha daħlu għal-laqgħa tagħhom u pparteċipaw fil-laqgħa. L-Assenjazzjoni tal-Membri pprovda sens ieħor ta’ familjarità, simili għal Melbourne, l-unika differenza kienet il-lingwa!
Il-laqgħat ta’ l-Erbgħa kienu opportunità oħra biex niltaqa’ mal-Membri u biex nirrifletti fuq il-vokazzjoni tiegħi u l-elementi ewlenin meħtieġa biex inwettaq b’mod effettiv il-vokazzjoni tiegħi fil-Qasam.
Fl-aħħar nett, kien inkoraġġanti ħafna li nara l-Kandidati u l-Pre-Kandidati fil-funzjoni mħejjija tajjeb li saret fl-iskola ta’ St Michael. Flimkien inġabru biex jaqsmu ħin ta’ dixxerniment u riflessjoni dwar il-festa tal-Epifanija, is-sejħa ta’ Alla f’ħajjitna u esperjenzi missjunarji barra minn xtutna.
Deo Gratias!
Daniel Attard
Membru mill-Qasam ta’ Altona Meadows, Melbourne