Fit-3 ta’ Mejju, waqt il-Laqgħa Ġenerali tal-Erbgħa tnieda d-dokument Id-Dimensjonijiet ta’ Qasam Museumin. Is-Superjur Ġenerali tkellem dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni li wassal għall-kitba tad-dokument mill-KEĠ. Huwa ġabar fil-qosor il-kontenut tad-dokument, li jelenka l-erba’ dimensjonijiet ta’ Qasam, jiġifieri: id-dimensjoni komunitarja, id-dimensjoni kontemplattiva, id-dimensjoni formattiva, u d-dimensjoni appostolika. Kopja tad-dokument tqassmet lil kull Membru.
Tnieda wkoll ir-Ratio Formationis Generalis waqt il-Laqgħa Ġenerali tal-Erbgħa li saret fit-28 ta’ Ġunju. Dan id-dokument jagħti l-prinċipji li jiggwidaw il-formazzjoni tal-kandidati fis-Soċjetà. Waqt il-laqgħa s-Segretarju Ġenerali u Joseph Gauci KEĠ rrevedew il-proċess li wassal għall-kitba tad-dokument u l-kontenut tiegħu. Kull Membru rċieva kopja tar-Ratio.
Iż-żewġ dokumenti qed jiġu tradotti għall-Ingliż u l-Ispanjol.