Qassisin Pollakki jżuru d-Dar Ġenerali
20 September, 2024
Fit-18 ta’ Settembru 2034, erba’ qassisin Pollakki, Sławomir Nowosad, Jan Piepka, Julian Hojniak, u Bogusław Migut, li qed jiċċelebraw l-40 anniversarju tagħhom mis-saċerdozju, żaru d-Dar Ġenerali tas-Soċjetà fil-Blata l-Bajda, Malta. Matul iż-żjara tagħhom, iltaqgħu mas-Superjur Ġenerali u pparteċipaw fil-Laqgħa tal-Erbgħa mal-Membri u l-Kandidati. Din iż-żjara għenithom jifhmu aktar il-kariżma u l-appostolat tas-Soċjetà. Ejjew nirringrazzjaw lil Alla talli jsejjaħ saċerdoti biex jaqduh fedelment għall-ġid tan-nies tad-dinja kollha! Jalla l-Mulej iberikhom b’ħafna snin oħra fis-servizz tiegħu lil dawn is-saċerdoti u jġedded fihom l-ispirtu tajjeb!