Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Settembru, 2024, l-amministrazzjoni tas-Soċjetà organizzat laqgħa ġenerali għall-Membri u l-Kandidati kollha. Il-laqgħa saret fl-Awditorju (Blata l-Bajda) u kienet aċċessibbli għall-Oqsma kollha barra minn Malta permezz ta’ live stream. L-iskop primarju tal-laqgħa kien li jelenka l-ħidma u l-appostolat li sar mis-Soċjetà mill-aħħar Kapitlu Ġenerali tal-2021 sa Awwissu 2024, u li jindika dak li għad irid jiġi implimentat mid-dokument tal-Kapitlu Ġenerali 2021, Biex iż-Żerriegħa iġġib il-Frott.
L-attività intemmet b’messaġġ mis-Superjur Ġenerali, li ħeġġeġ lil kulħadd biex japprezza l-vokazzjoni tiegħu u jippersevera fl-appostolat tas-Soċjetà b’tama u mħabba kbira.
Din il-laqgħa kienet opportunità għall-Membri u l-Kandidati biex iġeddu l-memorja grata tagħhom u jkunu rikonoxxenti lejn Alla, li janima l-appostolat kollu tas-Soċjetà.