Matul tmiem il-ġimgħa, bejn is-16 u t-18 ta’ Frar, għall-ewwel darba, sar live in għall-grupp tal-Aspiranti taż-żewġ Oqsma f’Lima. Ħadu sehem erba’ żgħażagħ minn kull Qasam. Is-suġġett magħżul kien: Jekk ma ngħix biex naqdi, allura ma nkunx denju li ngħix. Dan għen biex issir riflessjoni fuq l-importanza li noħorġu minna nfusna biex nilħqu lill-oħrajn anke jekk dan ifisser li niffaċċjaw diffikultajiet u kuntrarji. Kien hemm mumenti ta’ rikreazzjoni fuq il-bajjiet ta’ Ancón u Ventanilla u anke attivitajiet sportivi li saru fil-ġurnata tal-Ġimgħa u s-Sibt. Il-Ħadd waranofsinhar is-Superjur Ġenerali Roberto Zammit qasam messaġġ ma’ dawk preżenti permezz ta’ online meeting li matulu ħabbar li anke Aspiranti f’Malta u l-Polonja kienu qed jgħixu mumenti speċjali. Il-mumenti ta’ talb għenu biex jinżamm kuntatt mal-Mulej li jsejħilna u li jħeġġiġna mmorru fil-periferija biex nagħtu daqqa t’id lil dawk li verament għandhom bżonnna. Nirringrazzjaw mill-qalb lill-Mulej talli tana din l-opportunità. Nirringrazzjaw ukoll liż-żgħażagħ kollha li pparteċipaw għal din l-esperjenza sabiħa.