Il-Membri u l-Kandidati tad-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex inġabru flimkien fl-auditorium tad-Dar Ġenerali għal-Laqgħa Ġenerali Annwali bejn il-Sibt 10 u l-Ħadd 11 ta’ Frar 2024. Tul dawn il-jumejn, il-Membri irriflettew u ċċaraw punti mir-rapport amminstrattiv tad-delegazzjoni għas-sena 2023. Kienet okkażjoni fejn id-Delegat tas-Superjur Ġenerali wassal ir-riflessjoni tiegħu li għandha tiggwida lill-Membri għax xhur li ġejjin. Il-quddiesa tal-Ħadd filgħodu kienet okkażjoni fejn ġiet iċċelebrata l-ewkaristija bħala komunità waħda. Dan kien sinjal ta’ unità li jġib lil kulħadd flimkien biex jaħdem għal għan wieħed, li Ġesù jkompli jkun magħruf u maħbub. Is-Superjur Ġenerali wassal ukoll il-messaġġ tiegħu fejn kompla jenfasizza l-importanza li s-Soċjetà tkompli tikber lil hinn minn xtutna. Il-LĠA intemmet b’ikla flimkien.