Laqgħa tal-Milied għall-Grupp San Ġorġ Preca (Malta)
21 December, 2024
Il-Grupp San Ġorġ Preca ltaqa’ l-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru 2024 fl-Awditorju u ċċelebra s-sitt jum tan-Novena tal-Milied. Wara li ntwera l-feature ‘Int biss it-tama tiegħi!’, il-membru David Dye qasam riflessjoni dwar il-virtù tat-tama u kif min jittama fi Kristu jgħix differenti. Wara nqrat il-paġna dwar il-providenza, mill-Iskola ta’ Betlem, kitba tal-Fundatur b’riflessjonijiet dwar Ġesù Bambin. Fi tmiem il-laqgħa dawk preżenti taw l-awguri tal-Milied lil xulxin. Kull min kien preżenti ngħata kopja tal-Iskola ta’ Betlem, li għadu kif ġie ppublikat f’edizzjoni taskabbli, u qagħqa tal-għasel, li hi sinonima mal-Milied.