l-Ewwel Tqarbina
f’Sagua la Grande
04 June, 2024
Fit-2 ta’ Ġunju, festa ta’ Corpus Christi, grupp ta’ tfal irċevew l-Ewwel Tqarbina fil-knisja parrokkjali ta’ Sagua la Grande. Il-ġurnata ta’ qabel, il-Membri tal-Soċjetà organizzaw seminar ta’ nofs ta’ nhar fil-Qasam għat-tfal u l-ġenituri tagħhom.
Kienet okkażjoni speċjali, għax ħamsa mit-tfal kienu qed jirċievu lezzjonijiet tal-katekiżmu mill-Membri kull nhar ta’ Ħadd filgħodu għal dawn l-aħħar ħames snin f’żona ‘l barra minn Sagua. Il-Membri kienu wkoll jakkumpanjaw lil dawn it-tfal għall-Quddiesa tal-Ħadd filgħaxija.
Huwa dejjem inkoraġġanti li tara li f’Kuba, pajjiż komunist, in-nies għad għandhom, kif qal il-Papa Ġwanni Pawlu II, “ġuħ għal Alla”.