Fl-4 ta’ Ġunju, il-Membri tal-Qasam ta’ Durrës (Albanija), flimkien mal-komunità Kattolika rringrazzjaw lil Alla fl-okkażjoni tas-17-il anniversarju mill-kanonizzazzjoni ta’ San Ġorġ Preca. Il-laqgħa bdiet b’bijografija qasira tal-fundatur San Ġorġ Preca flimkien ma’ tagħrif ġenerali dwar is-Soċjetà u l-missjoni tagħha. Wara segwa mument ta’ adorazzjoni fil-preżenza ta’ Ġesù Ewkaristija. Għal din l-okkażjoni ntuża talb miktub mill-istess San Ġorġ Preca. Wara dan ġiet iċċelebrata l-quddiesa. Dawk preżenti ngħataw tifkira bit-talba tal-Fundatur: X’jitlob is-Serv ta’ Alla wara t-Tqarbin.
Din kienet okkażjoni sabiħa oħra li fiha l-komunità lokali saret taf aktar dwar San Ġorġ Preca, is-Soċjetà u l-missjoni tagħha fl-Albanija u bnadi oħra. Grazzi Sinjur Alla!