It-30 Anniversarju tal-Kulleġġ Preca f’Korçë (Albanija)
31 October, 2023
Fid-29 u t-30 ta’ Settembru 2023, ġie ċċelebrat it-30 anniversarju mit-twaqqif u l-ftuħ tal-Kulleġġ Preca f’Korçë, l-Albanija,. Kien fis-27 ta’ Settembru 1993, meta l-ewwel tliet Membri ntbagħtu l-Albanija biex jibdew din il-missjoni ġdida. Ġiet organizzata Open Day għall-pubbliku, fejn il-viżitaturi kellhom l-opportunità josservaw lill-istudenti waqt il-lezzjonijiet, fil-laboratorji tax-xjenza u tal-kompjuter, kif ukoll waqt attivitajiet sportivi fil-gym u fil-grounds. Nhar is-Sibt, saret laqgħa kommemorattiva, li għaliha attendew eks-studenti, għalliema, u membri tal-kunsill tal-belt u tad-dipartiment tal-edukazzjoni.