Fl-okkażjoni tal-100 sena mill-ewwel Lejl ta’ San Mikiel, il-grupp tal-Kandidati organizza ċelebrazzjoni ta’ talb u ringrazzjament lil Alla fl-Awditorju, il-Blata l-Bajda. Matul iċ-ċelebrazzjoni saret riflessjoni fuq l-istorja tal-ewwel Lejl ta’ San Mikiel orgizzat minn San Ġorġ Preca fl-1924. Din kienet xhieda ta’ kemm il-Fundatur kien mimli tama u fiduċja li San Mikiel jidħol għalina quddiem Alla u jiddefendina mill-qawwa tal-ħażin. Il-laqgħa kienet animata b’innijiet li jnisslu fina spirtu ta’ umiltà quddiem il-kobor infinit ta’ Alla.
Oh kemm hija magħġuba quddiem l-Altissimu l-umiltà li Huwa jifhem jeżalta l-umli u jumilja lis-supperv! Kbir huwa s-Sinjur u biss mill-umli huwa unurat!
Nitolbu lil San Mikiel Arkanġlu biex ikompli jiddefendi lis-Soċjetà Museumina biex permezz tagħha Alla jkompli jiġi adurat kif jixraqlu.