Nhar is-Sibt 24 ta’ Frar 2024, il-Membri ta’ Durres organizzaw irtir ta’ nofs ta’ nhar għal-lajċi fid-Djoċesi ta’ Tirana-Durrës bis-sehem ta’ għaqdiet oħra tal-lajċi. L-irtir beda b’mument ta’ talb animat minn membri tal-Mixja Neokatekumenali. Imbagħad, il-Membru Warren Vella qasam ir-riflessjoni prinċipali tal-irtir bit-tema: U Pietru qagħad magħhom għas-sħana (Ġwanni 18:18). Imbagħad il-parteċipanti ġew maqsuma fi gruppi, fejn kellhom l-opportunità għal konversazzjoni spiritwali permezz tal-metodu propost waqt is-Sinodu. Kien hemm mument ta’ adorazzjoni Ewkaristika animata mill-moviment tal-Fokolari. Matul dan il-mument ta’ talb, ħafna kienu dawk li rċivew is-sagrament tal-qrar. Wara ħin qasir ta’ qsim fil-plenarja, kien hemm quddiesa ikkonċelebrata mill-Arċisqof Monsinjur Arjan Dodaj. Dawk kollha li attendew mhux biss apprezzaw il-fatt li ngħaqdu ma’ kattoliċi oħra mid-djoċesi, iżda wkoll li dan kien mument ta’ grazzja li għenhom waqt il-vjaġġ tagħhom tar-Randan.