F’Sagua la Grande (Kuba), saru tliet laqgħat speċjali: waħda għat-tfal u l-adolexxenti li jipparteċipaw fil-Qasam; ieħor għal dawk li jgħixu fiż-żona residenzjali fejn il-Membri jagħtu lezzjonijiet tal-katekiżmu kull nhar ta’ Ħadd; u wieħed għall-Grupp San Jorge Preca. F’dawn il-laqgħat kollha kulħadd ingħata presepju, Ġesu’ Bambin jew statwa mħejjija mill-Membri. Barra minn hekk, il-Membri organizzaw kompetizzjoni tal-presepji għat-tfal kollha tal-parroċċa kif ukoll attività ta’ karità b’risq madwar għoxrin persuna fqar ħafna. F’din l-okkażjoni, it-tfal u l-adolexxenti li jattendu l-Qasam taw hamper żgħir lil kull wieħed minnhom. Din l-attività kienet l-ewwel tax-xorta tagħha u nittamaw li tiġi ripetuta fis-snin ta’ ġejjin.
Ġew organizzati żewġ dimostrazzjonijiet ta’ Ġesù Bambin. Waħda saret lejlet il-Milied. Bdiet mill-Qasam għall-knisja parrokkjali fejn it-tfal u l-adolexxenti mxew u kantaw ftit innijiet tal-Milied. Ittellat ukoll drama tal-Milied bl-isem La Niña Ciega. Dimostrazzjoni oħra saret il-Ħadd filgħodu fiż-żona residenzjali ta’ Bloques del Cabaret, li matulha t-tfal kellhom ukoll l-opportunità li jżuru tlett persuni morda ħafna fi djarhom u jagħtuhom xbieha ta’ Ġesù Bambin.