Fl-10 ta’ Mejju 2024 intemmet iż-żjara ta’ grupp mill-Qasam ta’ Ruiru fil-Kenja f’Malta. Is-Superjur Tonio Callus, flimkien mal-membru Jack Opato u t-tliet kandidati Gabriel Ng’agn’a, Peter Kairu u Michael Baabu waslu Malta il-Ħamis 11 ta’ April 2024.
L-għan ewlieni ta’ din iż-żjara kienet li l-membru l-kandidati kenjani iżuru is-Soċjetà u l-Oqsma ta’ Malta u Għawdex biex jifhmu aħjar is-Soċjetà u l-vokazzjoni museumina. Għaldaqstant, matul din iż-żjara, huma kellhom l-opportunità li jżuru d-Dar Ġenerali, l-Oqsma ta’ Malta u Għawdex u postijiet marbutin mal-Fundatur u l-bidu tas-Soċjetà.
Tul iż-żjara tagħhom huma kellhom ukoll okkażjoni jżuru xi skejjel, kif ukoll xi attrazzjonijiet ewlenin fosthom il-konkatidral ta’ San Ġwann u l-belt tal-Imdina.
Ċerti li din kienet okkażjoni fejn huma rċievew ħafna u se jaqsmu dak li esperjenzaw mal-bqija tal-membri u ż-żgħażagħ fil-Qasam ta’ Ruiru.
Nitolbu biex is-Soċjetà tkompli tissaħħaħ u tikber għall-ġid tal-bnedmin permezz tax-xandir tal-Evanġelju.