Meqjus bħala l-aktar kontribut sinifikanti mis-segwaċi ta’ Ratzinger għall-istudju tal-Liturġija, dan l-istudju profond tat-talb ewlieni tal-Knisja jiggwida lill-qarrejja biex jiskopru mill-ġdid il-Liturġija bir-rikkezza spiritwali moħbija tagħha u l-kobor traxxendentali tagħha fil-qalba tal-ħajja Nisranija. Fid-daħla tal-ktieb, Ratzinger iqabbel dan ix-xogħol u x-xogħol klassiku ta’ Romano Guardini li jġib l-istess titlu. Huwa jara xebħ bejn iż-żewġ xogħolijiet, anzi jara dan ix-xogħol bħala kontinwazzjoni tal-isforzi ta’ Guardini fejn jidħol it-tiġdid tal-Liturġija fi żmienu. L-għan huwa li jgħin f’dan il-qawmien mill-ġdid tal-liturġija fuq l-istess għanijiet oriġinali ta’ Guardini. Id-distinzjoni hija fl-addattament tal-ħsibijiet ta’ Guardini ta’ wara l-Ewwel Gwerra Dinjija għall-kuntest attwali tal-mistoqsijiet, it-tamiet u l-isfidi tallum. Simili għal Guardini, dan ix-xogħol jevita diskors akkademiku u riċerka u minflok jiffoka fuq li jipprovdi għodda għall-fidi u kif tista’ tiġi espressa fil-liturġija.
Kotba Oħra
Societas Doctrinæ Christianæ M.U.S.E.U.M.
207
Triq San Ġorġ Preca
Marsa MRS 9090
Malta EU