“Like a great waterwheel, the liturgical year goes on relentlessly irrigating our souls, softening the ground of our hearts, nourishing the soil of our lives until the seed of the Word of God itself begins to grow in us, comes to fruit in us, ripens in us the spiritual journey of a lifetime.”
“Bħal rota tal-ilma, is-sena liturġika tibqa’ ddur bla waqfien, issaqqi lir-ruħ tagħna, trattab l-art ta’ qalbna, issostni l-ħamrija ta’ ħajjitna sakemm iż-żerriegħa tal-Kelma ta’ Alla stess tibda tikber fina, tagħti l-frott, u tkabbarna fil-vjaġġ spiritwali ta’ ħajjitna.” Din ix-xbihat profonda tesponi l-essenza tal-ktieb ta’ Joan Chittister: The Liturgical Year: The Spiraling Adventure of the Spiritual Life (Is-Sena Liturġika: L-Avventura Spirali tal-Ħajja Spiritwali). Il-ktieb jesplora r-ritmi u r-ritwali tal-kalendarju liturġiku Nisrani u jippreżentah bħala vjaġġ ċikliku li japprofondixxi l-għarfien u l-iżvilupp tal-ħajja spiritwali.
Chittister, soru Benedittina Amerikana ta’ fama internazzonali, iġġib l-esperjenza u l-għerf wiesgħa tagħha f’din il-kitba bir-riflessjonijiet profondi tagħha.
Permezz tal-kitba sabiħa tagħha, Chittister teżamina kull zmien liturġiku kif ukoll il-festi u turi kif dawn il-prattiċi liturġiċi mhumiex sempliċi rutina iżda esperjenzi li għandhom il-qawwa li jibdluna. Hija tħeġġeġ lill-qarrejja biex jimpenjaw ruħhom matul s-sena liturġika biex isibu tifsira u tiġdid fiċ-ċikli annwali tagħha. Permezz tal-ħsibijiet tagħha, Chittister tagħmel minn dan il-ktieb gwida spiritwali għal kull min qed ifittex sens aktar profonda tal-fidi tiegħu. Dan il-ktieb huwa avventura fl-iżvilupp tal-bniedem u eżerċizzju għall-progress fil-ħajja spiritwali.