Life: My Story Through History (Ħajja: L-Istorja tiegħi tul l-Istorja) (2024) jipprovdi ħarsa profonda u komprensiva lejn il-ħajja u l-impatt tal-Papa Franġisku fuq id-dinja u l-Knisja Kattolika. Il-bijografija tesponi l-vjaġġ tal-ħajja ta’ Papa Franġisku mis-snin bikrin tiegħu fi Buenos Aires sal-missjoni tiegħu bħala l-mexxej tal-Knisja Kattolika. Permezz ta’ ġrajjiet personali u l-kuntest storiku tal-ġrajjiet, il-ktieb juri b’mod ċar il-mumenti ewlenin li sawru l-karattru u l-ħsibijiet tiegħu.
Il-ktieb jesponi biċ-ċar l-impenn tal-Papa Franġisku lejn il-ħajja umli, il-ġustizzja soċjali u s-servizz. Fih wieħed isib fid-dettal esperjenzi li iffurmaw lill-Papa inkluż il-ħidma tiegħu tul il-gwerra tal-Arġentina u l-isforzi pastorali tiegħu f’żoni fqar. Dawn kollha influwenzaw il-mod ta’ kif il-Papa jħares lejn id-dinja. Il-bijografija tinkludi il-konklavi u l-elezzjoni mhux mistennija tiegħu bħala Papa fl-2013. Wieħed isib ukoll informazzjoni fuq l-impatt sinifikanti tal-papat tiegħu, speċjalment fejn jidħol l-ambjent, id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet u l-inugwaljanzi ekonomiċi fost il-bnedmin.
B’mod ġenerali, Life: My Story Through History (Ħajja: L-Istorja tiegħi tul l-Istorja) huwa qari tajjeb għal dawk interessati fil-ħajja tal-Papa Franġisku u l-impatt sinifikanti tiegħu fuq il-Knisja Kattolika u fuq l-umanità b’mod ġenerali.
M’għandniex ninsew l-iktar lezzjoni importanti:
li nistgħu nerġgħu nħarsu lejn l-istorja ta’ ħajjitna biex niftakru u
nkunu nistgħu nittrasmettu xi ħaġa lil dawk li jisimgħuna.
Iżda, biex nitgħallmu ngħixu, ilkoll irridu nitgħallmu nħobbu.
Papa Franġisku