Brother Roger ta’ Taizé (1915-2005) huwa l-fundatur tal-Komunità ta’ Taizé, fejn jinġabru eluf ta’ żgħażagħ minn kull kontinent u denominazzjoni nisranija fi spirtu monastiku u ekumeniku. Fil-ktieb tiegħu “Alla jista’ biss iħobb” huwa ġabar sett riflessjonijiet li ħallew marka fuqu. Dawn huma xi riflessjonijiet li kiteb.
Alla jista’ jagħti biss imħabbtu
“Forsi Kristu ma ġiex fid-dinja biex kull bniedem ikun jaf li hu maħbub?” jgħid Brother Roger. Peress li “Alla hu mħabba” (1Ġw 4,8), mela jekk nistaqsu: “X’inhu jagħmel Alla bħalissa? Alla qed iħobb” (San Ġorġ Preca).
Kristu ma kien jhedded lil ħadd
Brother Roger jgħid: “Anke meta kien qed jiġi ttrattat ħażin, Kristu ma hedded lil ħadd.” Xi kultant ngħallmu liż-żgħar li Alla hu xi tirann jew pulizija, infatti hu jikteb: “Minn fejn ġej dan is-sentiment ta’ żball, xi drabi anke fiċ-ċkunija?” Irridu ngħallmu li l-kmandamenti t’Alla mhumiex mezz ta’ kif jagħmlulna ħajjitna miżerja imma gwida biex il-bniedem jgħix kuntent, għax wara kollox min irid jgħix f’dinja kollha qtil, serq u żina bla rażan?
Brother Roger jgħid: “Mhux li kien li l-ġenituri jew l-għalliema qatt ma jużaw l-awtorità tagħhom li ttihom l-età biex jonqsu mit-tjieba lejn xi tifel”, għax “fil-qalb ta’ tifel, li hu jkun jaf li hu maħbub b’tenerezza, li hu wkoll maħfur, jaf ikun għajn ta’ paċi tul ħajtu kollha.
“Min jgħix għal Alla jagħżel li jħobb…qalb deċiża li tħobb tista’ tifrex madwarha tjieba bla qjies. Qalb bħal din tant tkun tixtieq ittaffi t-tbatija ta’ dawk li jkunu fil-qrib u ’l bogħod”. Tifhem il-kelma “bla qjies”. Mela l-imħabba li nagħtu hi għal kulħadd (simpatiku u antipatiku) u fi kwalunkwe burdata li nkunu.
Carl Zahra
Kandidat