Il-ktieb ta’ Dun Ġorġ, Id-Dixxipulat, huwa ktieb li permezz tiegħu Dun Ġorġ jippreżenta l-programm ta’ ħajja li poġġa Ġesù Kristu nnifsu lil dawk li jixtiequ jimxu warajh. Il-kelma dixxipulat timplika li wieħed bħal student fi skola jkollu r-rieda li jitgħallem u jipprattika dak li jippreżenta l-Imgħallem tiegħu.
Fl-ewwel parti tal-ktieb, bl-isem Eżemplari tas-Suġġett, Dun Ġorġ joffri tagħlim spiritwali sod li fuqu wieħed għandu jibni l-fidi tiegħu. Wieħed għandu jaqra b’mod riflessiv biex jaħseb fuq dak li qed jaqra. Fost is-suġġett ttrattati wieħed isib: il-perfezzjoni t’Alla, x’inhu li Alla jrid, prinċipji morali u x’għandu jsir biex jiġi evitat d-dnub.
It-tieni parti tal-ktieb titkellem dwar dawk li Dun Ġorġ isejħilhom Programmi fl-Iskola ta’ Kristu Ġesù’. Dawn huma sitta u għoxrin suġġett li joffru mezzi biex wieħed jieħu sehem f’din il-mixja wara Ġesù. Dawn il-programmi jitkellmu dwar l-ispirtu ta’ ċaħda u l-persekuzzjoni, l-imħabba, il-penitenza u l-fidi ħajja bil-perseveranza, l-intenzjoni retta, s-skiet… Fi kliem ieħor, Dun Ġorġ iridna nimxu wara Ġesù skont il-programm li ħoloq għalina fl-Evanġelji.
Dun Ġorġ iħeġġiġna biex ma neħħu qatt għajnejna minn fuq Ġesù li hu jsejjaħlu l-bniedem il-ġdid, il-bniedem tas-sema, il-bniedem spiritwali. Ġesù hu tassew għalina l-bniedem il-ġdid li kapaċi jġeddidna jekk aħna nsegwu l-programm fl-iskola tiegħu. Irid ikollna qalb miftuħa u rieda soda għas-sejħat tal-Ispirtu biex bl-għajnuna t’Alla nwettqu l-programm ta’ Ġesù f’ħajjitna u naslu għall-perfezzjoni.
Eżemplari tas-Suġġett – X’inhuwa li Alla jrid?
- Alla jrid li nagħrfuh, li nħobbuh u li naqduh.
- Alla jrid li aħna ninħabbu bis-sinċerità.
- Alla jrid li kollox nagħmlu għall-glorja tiegħu.
- Alla jrid li nagħmlu lill-oħrajn dak li rridu magħmul lilna.
- Alla jrid li nweġġħu l-ġenituri tagħna.
- Alla jrid li niċħdu lilna nfusna.
- Alla jrid li nagħtu lil kull wieħed dak li hu tiegħu.
- Alla jrid li nadurawh bl-ispirtu u bl-verità.
- Alla jrid li ntemmu l-wegħdiet tagħna.
- Alla jrid li rroddu dak li m’hux tagħna.
Programm fl-Iskola ta’ Kristu – L-Ubbidjenza
Infatti dwar l-ubbidjenza Kristu qal: “Mhux min igħidli Mulej, Mulej, jidħol fis-saltna tas-smewwiet, imma min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri, li huwa fis-smewwiet, dan jidħol fis-saltna tas-smewwiet,” u Kristu qal ukoll: “L-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-rieda ta’ dak li bagħatni.”
Immela l-programm fl-Iskola ta’ Krisu huwa l-ubbidjenza.